Slovakkja
Repubblika Slovakka Slovenská republika |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Innu nazzjonali: "Nad Tatrou sa blýska" Sajjetti Madwar it-Tatras |
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Bratislava 48°09′N 17°07′E / 48.15°N 17.117°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Slovakk | |||||
Gvern | Repubblika parlamentari | |||||
- | President | Andrej Kiska | ||||
- | Prim Ministru | Robert Fico | ||||
Indipendenza | ||||||
- | mill-Awstrija–Ungerija (bħala parti miċ-Ċekoslovakkja) |
28 ta' Ottubru 1918 | ||||
- | miċ-Ċekoslovakkja | 1 ta' Jannar 19931 | ||||
Erja | ||||||
- | Total | 49,035 km2 (129) 18,932 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | negliġibbli | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | stima tal-2012 | 5,410,836[1] (115) | ||||
- | ċensiment tal-2011 | 5,397,036 | ||||
- | Densità | 111/km2 (88) 287/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2012 | |||||
- | Total | $132.384 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $24,284[2] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2013 | |||||
- | Total | $91.186 biljun[2] | ||||
- | Per capita | $16,726[2] | ||||
IŻU (2013) | 0.840[3] (għoli) (35) | |||||
Valuta | Ewro (€) (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | +421 | |||||
TLD tal-internet | .sk2 | |||||
1 | Iċ-Ċekoslovakkja inqasmet fir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja; ara Divorzju Velvet. | |||||
2 | Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea. |
[[File:|thumb|]]
Is-Slovakkja ( sloʊˈvɑːkiə (għajnuna·info); Slovakk: Slovensko (għajnuna·info)), uffiċjalment ir-Repubblika Slovakka (Slovakk: Slovenská republika), hija pajjiż interkjuż fl-Ewropa Ċentrali.[4][5] Il-pajjiż għandhu popolazzjoni ta' aktar minn ħames miljuni u erja ta' madwar 49,000 kilometru kwadru (19,000 mi kw). Is-Slovakkja hija mdawra mir-Repubblika Ċeka u l-Awstrija lejn il-punent, il-Polonja lejn it-tramuntana, l-Ukraina lejn il-lvant u l-Ungerija fin-nofsinhar. L-akbar belt hija l-kapitali, Bratislava, u t-tieni l-akbar hija Košice. Is-Slovakkja hija stat membru tal-Unjoni Ewropea, tan-NATO, tal-Ġnus Magħquda, l-OECD u L-WTO fost oħrajn. Il-lingwa uffiċjali hija s-Slovakk, membru tal-familja tal-Lingwi Slavi.
Is-Slavi waslu fit-territorju li llum il-ġurnata msejjaħ Slovakkja fis-sekli 5 u 6 matul il-perijodu ta' emigrazzjoni. Matul l-istorja, diversi partijiet tas-Slovakkja tal-lum kienu ikkontrollati mill-Imperu ta' Samo (l-ewwel unità politika magħrufa tas-Slavi), il-Prinċipalità ta' Nitra (bħala entità indipendenti, bħala parti tal-Gran Moravja u bħala parti mir-Renju Ungeriż), il-Gran Moravja, ir-Renju tal-Ungerija,[6] l-Imperu Awstro-Ungeriż jew l-Imperu Habsburg, u ċ-Ċekoslovakkja. L-iStat Slovakk separat eżista għal mien qasir fit-Tieni Gwerra Dinjija, li matulha s-Slovakkja kienet dipendenza tal-Ġermanja Nażista bejn l-1939 u l-1944. Mill-1945, is-Slovakkja għal darb'oħra saret parti miċ-Ċekoslovakkja. Is-Slovakkja saret stat indipendenti fl-1 ta' Jannar 1993 wara x-xoljiment paċifiku taċ-Ċekoslovakkja.
Total tal-fruntieri tas-Slovakkja: 1,587 km, pajjiżi tal-fruntiera (5): Awstrija 105 km; Ċekja 241 km; Ungerija 627 km; Polonja 517 km; Ukraina 97 km.
Is-sistema politika[immodifika | immodifika s-sors]
Is-Slovakkja hija repubblika demokratika parlamentari b’kap tal-gvern - il-prim ministru - li għandu l-biċċa l-kbira tas-setgħa eżekuttiva u kap tal-istat - il-president - li huwa l-kap formali tal-eżekuttiv, iżda b’setgħat limitati ħafna. Il-pajjiż huwa subdiviż fi 8 reġjuni, b’kull wieħed imsemmi għall-belt prinċipali tiegħu. Dawn ingħataw ċertu livell ta’ awtonomija mill-2002 ’l hawn.[7]
Il-kummerċ u l-ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija tas-Slovakkja fl-2018 kienu l-industrija (26.2%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (20.2%), l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (14.8%).[7]
Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 86% tal-esportazzjonijiet tas-Slovakkja (il-Ġermanja 22%, iċ-Ċekja 12% u l-Polonja 8%), filwaqt li barra mill-UE 3% jmorru fl-Istati Uniti u 2% kemm fir-Russja u kif ukoll fiċ-Ċina.[7]
F’termini ta’ importazzjonijiet, 80% jiġu minn Stati Membri tal-UE (il-Ġermanja 20%, iċ-Ċekja 16% u l-Awstrija 10%), filwaqt li barra mill-UE 5% jiġu kemm mir-Russja kif ukoll mill-Korea t’Isfel.[7]
Is-Slovakkja fl-UE[immodifika | immodifika s-sors]
Hemm 13-il membru fil-Parlament Ewropew mis-Slovakkja.[7]
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-gvern Slovakk, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.[7]
Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.[7]
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE. Dati tal-presidenzi Slovakki: Lul-Diċ 2016[7]
Il-Kummissarju nominat mis-Slovakkja għall-Kummisjoni Ewropea hu Maroš Šefčovič, il-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva.[7]
Il-Kummissjoni hija rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.[7]
Is-Slovakkja għandha 9 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħra ta’ interess – huwa kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.[7]
Is-Slovakkja għandha 7 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.[7]
Is-Slovakkja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” tas-Slovakkja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.[7]
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.[7]
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.[7]
Ċifri tal-2018 għas-Slovakkja:[7]
- Nefqa totali tal-UE fis-Slovakkja – € 2.457 biljun (ekwivalenti għal 2.78% tal-ekonomija Slovakka)
- Kontribuzzjoni totali għall-baġit tal-UE – € 0.764 biljun (ekwivalenti għal 0.86% tal-ekonomija Slovakka)
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE mis-Slovakkja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.[7]
Organizzazzjoni territorjali[immodifika | immodifika s-sors]
Is-Slovakkja hija maqsuma f'żewġ livelli: tmien reġjuni (Bratislava, Trnava, Trencín, Nitra, Zilina, Banska Bystrica, Prešov u Košice) u 2,890 muniċipalità.
-
Bratislava
-
Bratislava
-
Bratislava
-
Bratislava
-
Bratislava
-
Bratislava
-
Košice/Kassa/Kaschau
-
Nové Mesto nad Váhom
-
Šaľa
-
Trnava
-
Trenčín
-
Žilina
-
Žilina
-
Prešov
-
Nitra
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Dobroč
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Banská Bystrica
-
Zvolen
-
Lučenec
-
Rimavská Sobota
-
Kremnica
-
Banská Štiavnica
-
Brezno
-
Topoľčany hija l-kapitali tad-distrett ta' Topoľčany fir-reġjun ta' Nitra, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 25,492 abitant.
-
Trstice hija muniċipalità fid-distrett ta' Galanta fir-reġjun ta' Trnava, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 3,741 abitant.
-
Jahodná hija muniċipalità fid-distrett ta' Dunajská Streda fir-reġjun ta' Trnava, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 1,564 abitant.
-
Jelka hija muniċipalità fid-distrett ta' Galanta fir-reġjun ta' Trnava, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 3,957 abitant.
-
Knisja ta' San Nikola, Tomášov hija muniċipalità fid-distrett ta' Senec fir-reġjun ta' Bratislava, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 2,527 abitant. (Żona: 19.96 km²; Altitudni Medja: 128 m s.l.m.; Popolazzjoni (1 ta' Jannar, 2021): 2,715 abitant, Densità: 136.02 abitant/km²)
-
Zálesie hija muniċipalità fid-distrett ta' Senec fir-reġjun ta' Bratislava, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 2,033 abitant.
-
Malinovo hija muniċipalità fid-distrett ta' Senec fir-reġjun ta' Bratislava, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 3,341 abitant.
-
Knisja tal-Qalb ta' Ġesù, Most pri Bratislave hija muniċipalità fid-distrett ta' Senec fir-reġjun ta' Bratislava, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 3,195 abitant.
-
Nové Zámky (Ungeriż Érsekújvár, Ġermaniż Neuhäusel, Latin Castrum Novum) hija belt antika Ungeriża, bħalissa fin-Nofsinhar tas-Slovakkja.
-
Pjanta tal-belt madwar 1680.
-
Arċisqof Jorge Széchényi, statwa fil-pjazza ewlenija ta' Nové Zámky
-
Kolárovo hija muniċipalità fid-distrett ta' Komárno fir-reġjun ta' Nitra, is-Slovakkja, b'popolazzjoni stmata fl-aħħar tal-2017 ta' 10,546 abitant. Hija tinsab fil-Lbiċ tar-reġjun, ħdejn ix-xmajjar Danubju u Váh, u l-fruntiera mal-Ungerija.
-
Iż-Żgħir Danubju ħdejn Bratislava
-
Ix-Xmara Nitra fi Prievidza-Bojnice
-
Ix-Xmara Nitra f'Nitra
-
Nitra (Ungeriż: Nyitra) hija r-raba' l-akbar belt fis-Slovakkja. Jinsabu fil-qiegħ tal-Muntanja Zobor fil-wied tax-Xmara Nitra, kapitali tad-distrett u reġjun tal-istess isem. Nitra u Bratislava huma l-eqdem bliet fis-Slovakkja. L-oriġini ta' Nitra bħala belt b'referenza storika sigura tmur lura għas-seklu 9.
-
Nitra lejn l-aħħar tas-seklu 17
-
Komárno (35,881 abitant, Densità: 347.79 abitant/km²; Żona: 103.1672 km², Altitudni Medja: 1092 m s.l.m.)
-
Piešťany
-
Piešťany
-
Váh Xmara
-
Il-fdalijiet tal-Kastell ta' Spiš huwa wieħed mill-akbar siti ta' kastell fl-Ewropa Ċentrali. Il-kastell jinsab fuq il-belt ta' Spišské Podhradie u r-raħal ta' Žehra li mal-belt ekkleżjastika maġenb Spišská Kapitula jiffurmaw komponenti tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fl-2009, is-sit ġie estiż biex jinkludi l-artal famuż mill-Mastru Pawlu ta' Levoča u ċ-ċentru storiku ta' Levoča b’ħafna bini Rinaxximentali ppreservat tajjeb.
-
Il-Ġenna Slovakka (Slovakk: Slovenský raj) hija firxa ta' muntanji fil-Lvant tas-Slovakkja.
-
Il-Ġenna Slovakka (Slovakk: Slovenský raj) hija firxa ta' muntanji fil-Lvant tas-Slovakkja.
-
Spišská Nová Ves Ungeriż: Igló; Ġermaniż: (Zipser) Neu(en)dorf) hija belt fir-Reġjun Košice tas-Slovakkja. Il-belt tinsab fix-Xlokk tat-Tatras Għolja fir-reġjun ta' Spiš, u tinsab fuq iż-żewġ banek tax-Xmara Hornád. Hija l-akbar belt tad-Distrett ta' Spišská Nová Ves.
-
Spišská Nová Ves Ungeriż: Igló; Ġermaniż: (Zipser) Neu(en)dorf) hija belt fir-Reġjun Košice tas-Slovakkja. Il-belt tinsab fix-Xlokk tat-Tatras Għolja fir-reġjun ta' Spiš, u tinsab fuq iż-żewġ banek tax-Xmara Hornád. Hija l-akbar belt tad-Distrett ta' Spišská Nová Ves.
-
Spišská Nová Ves Ungeriż: Igló; Ġermaniż: (Zipser) Neu(en)dorf) hija belt fir-Reġjun Košice tas-Slovakkja. Il-belt tinsab fix-Xlokk tat-Tatras Għolja fir-reġjun ta' Spiš, u tinsab fuq iż-żewġ banek tax-Xmara Hornád. Hija l-akbar belt tad-Distrett ta' Spišská Nová Ves.
-
Townhall, Dobšiná (Ġermaniż: Dobschau; Ungeriż: Dobsina; Latin: Dobsinium) hija belt żgħira fil-Muntanji Ore Slovakki tul ix-Xmara Slaná. Għal 500 sena kien raħal żgħir iżda prosperu tal-minjieri popolat minn Ġermaniżi etniċi fi ħdan ir-Renju tal-Ungerija; illum hija belt Slovakka ta' 6,000 l-aktar magħrufa għall-Għar tas-Silġ tagħha.
-
Dobšiná jista' jinstab fit-tarf tat-tramuntana ta' din il-mappa tal-1802 tal-kontea ta' Gömör-Kishont.
-
Zadiel canyon fil-Karst Slovakk, Il-Muntanji Ore Slovakki (Ungeriż: Gömör–Szepesi-érchegység, Ġermaniż: Slowakisches Erzgebirge jew Zips-Gemer-Erzgebirge) huma firxa ta' muntanji estensiva fil-Muntanji Karpazji, li jinsabu l-aktar fir-reġjun ta' Spiš u Gemer tas-Slovakkja, b’parti żgħira fit-Tramuntana tal-Ungerija. Hija l-akbar firxa tal-muntanji fis-Slovakkja. Ġeomorfoloġikament, il-Muntanji Ore Slovakki jappartjenu għall-Inner Western Karpazji.
-
Is-Sajó jew Slaná (Slovakk) hija xmara fis-Slovakkja u l-Ungerija.
-
Il-Hornád jew Hernád (Ungeriż, ippronunzjat [ˈhɛrnaːd]) hija xmara fil-Lvant tas-Slovakkja u l-Grigal tal-Ungerija.
-
Il-Hornád jew Hernád (Ungeriż, ippronunzjat [ˈhɛrnaːd]) hija xmara fil-Lvant tas-Slovakkja u l-Grigal tal-Ungerija.
-
Il-Bażilika ta' San Ġakbu u l-Belt il-Qadima, Levoča (Ungeriż: Lőcse; Rusyn: Левоча) hija belt fir-Reġjun ta' Prešov fil-Lvant tas-Slovakkja b'popolazzjoni ta' 14,700. Il-belt għandha ċentru storiku b'ħajt tal-belt ippreservat tajjeb, knisja Gotika bl-ogħla artal tal-injam fid-dinja, imnaqqax minn Surmast Pavol ta' Levoča, u ħafna bini ieħor tar-Rinaxximent. Fit-28 ta' Ġunju 2009, Levoča ġiet miżjuda mill-UNESCO mal-Lista ta' Wirt Dinji tagħha. Il-quċċata: Stolica; Elevazzjoni: 1,476 m (4,843 pied)
-
Il-Kastell Krásna Hôrka (Slovakk: Hrad Krásna Hôrka, Ungeriż: Krasznahorka vára) huwa kastell fis-Slovakkja, mibni fuq għoljiet li jagħti ħarsa lejn ir-raħal ta' Krásnohorské Podhradie qrib Rožňava, fir-Reġjun ta' Košice. L-ewwel referenza rreġistrata tal-kastell kienet fl-1333. Fl-1961 Krásna Hôrka ġiet innominata Monument Kulturali Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka. Kien qal li kien wieħed mill-kastelli l-aħjar ippreservati tal-pajjiż.
-
Krásnohorské Podhradie (Ungeriż: Krasznahorkaváralja) huwa raħal u muniċipalità fid-Distrett ta' Rožňava fir-Reġjun ta' Košice tal-Lvant Nofsani tas-Slovakkja. 1322 sena.
-
Townhall, Rožňava (Ungeriż: Rozsnyó, Ġermaniż: Rosenau, Latin: Rosnavia) hija belt fis-Slovakkja, madwar 71 kilometru (44 mil) bit-triq minn Košice fir-Reġjun ta' Košice, u għandha popolazzjoni ta' 19,182.
-
L-Hron (Slovakk: Hron; Ġermaniż: Gran; Ungeriż: Garam; Latin: Granus) huwa tributarju tax-xellug twil ta' 271 kilometru (168 mi) tad-Danubju u t-tieni l-itwal xmara fis-Slovakkja. Il-baċin tax-xmara jkopri 5,465 km2 (2,110 sq mi), li huwa madwar 11 fil-mija tat-territorju tas-Slovakkja.
-
Knisja tal-Assunta tal-Verġni Marija, Starý Tekov (Ġermaniż: Bersenberg, ukoll Altbarsch, Altbersenberg, (Alt-)Bersenburg, fi żminijiet preċedenti wkoll Berschenberg, Alt Berschenburg, Ungeriż: Óbars) huwa raħal u muniċipalità fid-Distrett ta' Levice f' ir-Reġjun ta’ Nitra tas-Slovakkja. Fir-rekords storiċi, ir-raħal issemma l-ewwel darba fl-1075. Il-villaġġ jinsab f'altitudni ta '176 metru u jkopri erja ta' 10,573 km2 (4 sq mi). Għandha popolazzjoni ta' madwar 1470 ruħ.
-
Zvolen (Ungeriż: Zólyom; Ġermaniż: Altsohl) hija belt fiċ-ċentru tas-Slovakkja, li tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Hron u Slatina. Huwa famuż għal diversi attrazzjonijiet storiċi u kulturali. Hija mdawra bil-muntanji Poľana mil-Lvant, minn Kremnické vrchy mill-Punent u minn Javorie u Štiavnické vrchy min-Nofsinhar.
-
Zvolen (Ungeriż: Zólyom; Ġermaniż: Altsohl) hija belt fiċ-ċentru tas-Slovakkja, li tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Hron u Slatina. Huwa famuż għal diversi attrazzjonijiet storiċi u kulturali. Hija mdawra bil-muntanji Poľana mil-Lvant, minn Kremnické vrchy mill-Punent u minn Javorie u Štiavnické vrchy min-Nofsinhar.
-
Pustý hrad, Zvolen (Ungeriż: Zólyom; Ġermaniż: Altsohl) hija belt fiċ-ċentru tas-Slovakkja, li tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Hron u Slatina. Huwa famuż għal diversi attrazzjonijiet storiċi u kulturali. Hija mdawra bil-muntanji Poľana mil-Lvant, minn Kremnické vrchy mill-Punent u minn Javorie u Štiavnické vrchy min-Nofsinhar.
-
Kastell ta' Zvolen, Zvolen (Ungeriż: Zólyom; Ġermaniż: Altsohl) hija belt fiċ-ċentru tas-Slovakkja, li tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Hron u Slatina. Huwa famuż għal diversi attrazzjonijiet storiċi u kulturali. Hija mdawra bil-muntanji Poľana mil-Lvant, minn Kremnické vrchy mill-Punent u minn Javorie u Štiavnické vrchy min-Nofsinhar.
-
Košice hija l-akbar belt fil-Lvant tas-Slovakkja. Hija tinsab fuq ix-xmara Hornád fil-Lvant tal-Muntanji Ore Slovakki, ħdejn il-fruntiera mal-Ungerija. B'popolazzjoni ta' madwar 230,000, Košice hija t-tieni l-akbar belt fis-Slovakkja, wara l-kapitali Bratislava.
-
Il-Kastell Krásna Hôrka (Slovakk: Hrad Krásna Hôrka, Ungeriż: Krasznahorka vára) huwa kastell fis-Slovakkja, mibni fuq għoljiet li jagħti ħarsa lejn ir-raħal ta' Krásnohorské Podhradie qrib Rožňava, fir-Reġjun ta' Košice. L-ewwel referenza rreġistrata tal-kastell kienet fl-1333. Fl-1961 Krásna Hôrka ġiet innominata Monument Kulturali Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka. Kien qal li kien wieħed mill-kastelli l-aħjar ippreservati tal-pajjiż.
-
Spišská Kapitula (Ġermaniż: Zipser Kapitel, Ungeriż: Szepeshely jew Szepesi Káptalan) (it-tnejn li huma jfissru "dar tal-Kapitlu Spiš") hija belt ekkleżjastika eċċezzjonalment ippreservata tajjeb fil-periferija ta 'Spišské Podhradie, is-Slovakkja, u li tagħti ħarsa lill-Kastell ta' Spiš. Hija parti mis-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO "Levoča, Spiš Castle u l-monumenti kulturali assoċjati". Il-belt tikkonsisti f'Katidral ta' San Martin (dedikat lil San Martin ta' Tours), eks monasteru, u triq waħda, kollha ta' kostruzzjoni medjevali u magħluqa b'ħajt. Il-bieb t'isfel jagħti veduta estensiva tal-Kastell ta' Spiš, li jinsab fuq għoljiet opposti. Spišská Kapitula saret is-sede ewlenija tal-amministrazzjoni tal-knisja fir-reġjun fis-seklu 12. Fl-1776 saret is-sede tad-Djoċesi ta' Spiš (Szepes).
-
Levoča (Ġermaniż: Leutschau), wieħed mill-ex ċentri storiċi tal-Ġermaniżi Zipser fis-Slovakkja
-
Wied Smutna (Smutna dolina)/Smutna Valley/Valle de/do Smutna
-
Gerlachovský štít
-
Lomnický štít
-
Kriváň/Kriwaň/Kriwan/Kriwán
-
Svinica/Świnica
-
Monte/Mount Rysi
-
Għoli Trata/Upper Trata/Alto Trata (Vysoké Tatry/Tatry Wysokie)
-
Baxx Trata/Low Trata/Bajo Trata (Vysoké Tatry/Tatry Wysokie)
-
Baxx Trata/Low Trata/Bajo Trata (Vysoké Tatry/Tatry Wysokie)
-
Baxx Trata/Low Trata/Bajo Trata (Vysoké Tatry/Tatry Wysokie)
-
Tatras Belianske
-
Tatras tal-Lvant/East Tatras/Tratas Orientales
-
Snajja tal-Punent/Oeast Tatras/Tratas Occidentales
-
Montes/Mounts Tratas
-
Kolový štít u Jahňací štít fuq il-Veľké Biele Pleso
-
Lag Štrbské pleso
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Statistiċi Slovakkja. 3 ta' Ġunju 2013.
- ^ a b ċ d International Monetary Fund (ed.). "Slovakkja". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ Ġnus Magħquda, ed. (2013). "Human Development Report 2013" (PDF). Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ "Austrian Foreign Ministry". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-06-16. Miġbur 2013-07-31. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ UNHCR (ed.). "UNHCR regional classification". Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna) - ^ ABC-CLIO, ed. (1998). Encyclopedia of Russian & Slavic myth and legend. p. 375. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna)ISBN 1-57607-130-8, 9781576071304 - ^ a b ċ d e f ġ g għ h ħ i ie j k l m europa.eu, Slovakkja